Skip to content

Lejn il-leadership


Il-pajjiż għaddej minn perjodu ta’ bidla li storikament qatt ma rajna bħalha f’ pajjiż li dejjem ftaħar bir-rati għoljin ta nies li jmorru jivvutaw. Kulma jmur mill-aħħar elezzjoni l’hawn is-surveys qed juru li n-nies imxebba mil- politika tas-soltu, mir-retorika u miż-zewġ partiti stabiliti. Hemm numru konsistenti ta’ nies li għarfu li dawn iż-zewġ partit ma jirrappreżentawhomx u qeghdin ifittxu xi ħadd li jkun il-vuċi tagħhom li jati kas lil-batut u ż-żgħir, lil-dawk li m’għandhomx ħbieb fuq min iduru u b’min jinqdew, li jsibu partit b’ruħ soċjali u jpoġġi fuq quddiem il-ġid komuni . Xogħoli fit-tmexxiha tal-ADPD se jkun li nkun il-vuċi ta dawn in-nies li jħossuhom imwarrba minsiha u li m’għandhomx biżżejjed saħħa biex jinghataw widen.
Bhala t-tielet partit ta’ Malta se nkomplu naħdmu viċin in-nies b’umilta’ biex nerġghu nkebbsu fin-nies it-tama lejn ġejjieni aħjar, gejjieni aħjar li aħna bħala ADPD nistghu niggarantixxu għax ma għandna l-ebda lobby li tiġbdilna l-ispaga imma għandna biss il-ġid tan-nies; il-ġid komuni li donnu intesa x’inhu f’mewġa ta’individwaliżmu u egoiżmu sfrenat fejn min għandu s-saħħa u l-flus jgħaddi gaffa fuq min hu batut m’għandux saħħa finanzjarja u lanqas ħbieb tal- ħbieb. Se nkunu partit li dejjem iżjed jisma lil-kulħadd mhux tal-businessmen biss bħalma rajna dawn l-aħħar snin b’konsegwenzi diżastrużi mhux biss fuq il-pajjiż imma anke fuq il-kwalita’ tal-ħajja ta’ ħafna maltin.
Il-pjan ekonomiku tal-pajjiż irid inaqqas sew li jserraħ biss fuq il-kostruzzjoni għad-detriment mhux biss tal-kwalita’ tal-ħajja tan-nies imma wkoll biex igawdu l-ftit. Għandna nkunu pajjiż li joffri servizzi specjalment f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknologija fejn f’era diġitali u diġitalizzata nistghu inkabbru u noffru xogħolijiet lil-professjonisti u li jitolbu ċertu kwalifiki u mhux inkomplu niffukaw fuq xogħol unskilled li jħallas pagi baxxi. Il-kwalita’ trid terġa tidhol fil-vokabolarju tad-dinja tax-xogħol: kwalita’ li ġiet issagrifikata fuq l-artal tar-rgħiba mingħajr ma tajna kas li qed inkerrħu pajjiż.
L-infern li saru t-toroq tagħna hu frott ta’ nuqqas kbir fl-ippjanar tal-infrastruttura li mhux dejjem sar bi ħsieb u bi ħtigijiet moderni ta’ dinja li kulma jmur qed titbieghed mill-użu tal-karozza privata u ddur għal-modi alternattivi ta’ trasport. Hemm bżonn malajr kemm jista jkun riforma fit-trasport pubbliku serja biex mall-ewwel nilqghu ghal-volum enormi ta’ karozzi fit-toroq. Hemm bżonn politika ta’ road sharing fejn mezzi ohra bħal-roti muturi u ebikes ikollhom l-spazju u s-sigurta’ li jsuqu fit-toroq tagħna minghajr riskju li jintilfu aktar ħajjiet prezzjużi.
L-gholi tal-ħajja hu piż li qed jinhass minn kulħadd. L-affarijiet essenzjali qed jogħlew kull ġimgha u n-nies qed tbati biex tgħix. Ir-riforma socjali tal-living wage għal min qiegħed b minimum wage ghandha tkun priorita. L-affarijiet li nistgħu nikkontrollaw f’pajjiżna nagħmluhom mingħajr ma nharsu lejn wiċċ hadd. Ma nistgħux inkomplu nasru ż-zgħir għal-kull ċenteżmu filwaqt li jinħafru l-miljuni lill-min bela kullimkien.
Hemm bżonn politika fejn il-korruzzjoni u l-impunita’ ma jibqghux it-tabella li ċappsuna biha f’dawn l-aħħar snin. Biex iseħħ dan l-istituzzjonijiet iridu jagħmlu xogħolhom ħalli b’hekk jiksbu lura dak ir-rispett li ntilef tul is-snien fejn mhux dejjem kienu jidhru lli qed jaħdmu b’ serjeta u efficenza.
Il-galbu fl-infieq tal-fondi pubbliċi, u t-trasparenza ta fejn jintefaq kull sold li jinġabar mit-taxxi tagħna għandhom ikun xi ħaġa li naħdmu fuqha bis-serjeta’ speċjalment fi żmien fejn kulħadd qed iħoss l-inflazzjoni dejjem tghafas. L-eżempju jrid jibda minn fuq.
Il-politiku għandu jkun ta’mudell ghal kull ċittadin u bl-eżempju tieghu inebbaħ u jispira liċ-cittadin. Kontabilita, galbu u ugwaljanza għandhom ikunu s-sisien li fuqhom nibnu din il-mewġa u nkebbsu tama fin-nies li kważi tilfuha.

  1. Nawguralek futur sabih mimli b’xoghol siewi. Ghandek mill-anqas ghalqa ta 34%+14% fejn tahdem. J’Alla jkollhom ftit sens.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *